Minn tal-inqas 20 persuna tilfu ħajjithom u għexieren indarbu kawża ta’ karozza bomba li splodiet barra bank fil-provinċja ta’ Helmand, fl-Afganistan.
Il-bomba splodiet qrib il-bieb ta’ New Kabul Bank f’Lashkar Gah.
Fost il-midruba hemm persuni ċivili u kif ukoll forzi tas-sigurtà.
S’issa għad ma kienx hemm ħjiel ta’ min qettaq l-attakk iżda tul dawn l-aħħar xhur kemm l-Istat Islamiku u kif ukoll it-Taliban wettqu attakki simili.