“Dik li darba kienet kontroversja politika issa qed isarraf f’att tal-karità.” Hekk irrimarka l-Prim Ministru Joseph Muscat huwa u joffri donazzjoni ta’ €35,000 lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Somma li nġabret wara li l-Prim Ministru offra għall-irkant il-karozza Alfa Romeo tiegħu biex il-flus li nġabru imorru għal min hu bżonn fis-soċjetà.
Il-preżentazzjoni saret fil-preżenza tal-membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, fid-dawl li din kienet inizjattiva tal-istess Partit.
Din il-karozza ntużat mill-Prim Ministru tul l-aħħar leġiżlatura u ġiet irkantanta fil-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista fl-10 ta’ Ġunju.