Fl-2016 ma daħlet l-ebda dgħajsa b’immigranti abord fuqha f’pajjizna. Iżda kien hemm 24 immigrant irregolari , l-maġġoranza tagħhom ta’ nazzjonalità Afrikana, li nstabu f’nofs ta’ baħar mill-awtoritajiet , ġew evakwati minn fuq id-dgħajsa u nġibu mill-awtoritajiet f’pajjiżna.
Dan skond statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika , li ġiet ippublikata fil-Jum Dinji tar-Refuġjati .
L-istatistika ikkonfermat li f’dawn l-aħħar erba snin, sena wara l-oħra kien hemm tnaqqis drastiku fil-wasliet ta’ immigranti irregolari f’pajjiżna .
Fl-2016 daħlu f’pajjizna 24 dgħajsa. Fl-2014 waslu ħames dgħajjes bl-immigranti abbord fuqhom . U fl-2015 waslet biss dgħajsa waħda f’pajjiżna .
L-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati irċieva 1938 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Żieda ta’ 4.6% meta mqabbel mas-sena preċidenti . L-aktar applikazzjonijiet li daħlu kienu minn ċittadini afrikani, libjani u sirjani.
Fl-2016 l-uffiċċju tal-Kummissarju għar-refuġjati , ipproċessa mal-1,435 applikazzjoni. Minn dawn kienu 83% li ingħataw il-protezzjoni .