Transport Malta ser tagħmel xogħol urġenti ta’ tiswija f’parti minn Triq l-Imdina Ħ’Attard direzzjoni lejn il-Belt, illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u nofsillejl.
Waqt li jkun għaddej ix-xogħol, din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku, għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi.
Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit tax-xogħol.