79 persuna ġew ikkonfermati mejta jew neqsin u maħsuba mejta wara n-nirien li ħakbu Grenfell Tower fejn fih kienu qed jgħixu għadd ta’ familji f’appartamenti.
Il-Pulizija kkonfermat din il-figura u sostniet li x’aktarx se tkun qed tiżdied.
In-nirien ħakbu l-bini li fih 24 sular f’North Kensigton f’Londra fis-1:00 ta’ filgħodu fit-13 ta’ Ġunju.
Diversi familji li kienu affetwati tilfu aktar minn persuna waħda. Tmintax-il persuna jinsabu l-isptar fil-waqt li disa’ minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika.
Il-prijorità bħalissa hi li jiġu identifikati l-persuni li tilfu ħajjithom fin-nirien u li jitneħħew minn fejn qiegħedin bħalissa.