Fetħet f’Malta erbgħa u għoxrin sena ilu, u tul dawn l-aħħar tliet snin operat fil-kapaċità massima tagħha. Żorna l-European Pilot Academy fl-Ajruport Internazzjonali, fejn attendejna wkoll għal sessjoni ta’ taħriġ fuq is-simulatur.
Kien spjegat lilna kif fl-aħħar snin, permezz ta’ żviluppi u titjib fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili, l-Akkademja laħqet il-massimu li tista’ toffri. Fejn qed tħarreġ studenti minn madwar id-dinja – mhux biss mill-Ewropa imma fost l-oħrajn anke l-Afrika t’Isfel, il-Kenja, l-Libja, in-Nepal, Sri Lanka, Iraq, Awstralja, Hong Kong, u dalwaqt anke mill-Islanda u t-Turkija.
Studenti li fi żmien sentejn ikollhom il-kwalifiki u l-prattika kollha meħtieġa biex itajru ajruplan kummerċjali.
Matthew Rota, spjegalna li minbarra s-simulatur, l-Akkademja għandha għażla ta’ ajuplani.