L-artista famuża mundjali Beyonce welldet tewmin, dan skont il-midja Amerikana.
Din l-aħbar ġiet ikkonfermata minn diversi kmamar tal-aħbarijiet tal-Istati Uniti, iżda d-data tat-twelid u kif ukoll il-ġeneru tat-tewmin għadha ma ġietx ippubblikata.
Beyonce, li hi miżżewġa ma’ Jay-Z, ħabbret li kienet qed tistenna tarbija fuq Instagram permezz ta’ ritratt lura fi Frar – fejn ġie meqjus bħala wieħed mill-iktar ritratti li ntoġgħob fuq il-midja soċjali.
Il-koppja diġà għandhom tifla, bl-isem ta’ Blue Ivy li għandha ħames snin.
S’issa ma kien hemm ebda konferma mill-koppja dwar il-wild tat-tewmin.