Suldat Afgan attakka t-truppi barranin f’bażi militari, b’numru ta’ suldati Amerikani sfaw midruba.
L-attakk sar f’bażi fit-tramuntana tal-pajjiż.
Minkejja dan, kelliem għall-kmandant militari tal-Istati Uniti ċaħad rapporti li suldati Amerikani nqatlu.
Missjoni tan-Nato qed tgħid li suldat afgan inqatel u ieħor indarab fl-inċident.
Dan l-attakk seħħ ġimgħa wara li kmandant tal-armata Afgana qatel tliet suldati tal-forzi speċjali tal-Istati uniti fil-Lvant tal-Afghanistan.
It-talibani qalu li kienu l-moħħ wara dan l-attakk