Hekk kif resqin lejn ix-xhur sħan tas-sajf huma l-ħafna li jibdew ifittxu ikel aktar ħafif u frisk. Ir-restoranti jibdew jimtlew iżjed hekk kif il-ġurnata tippermetti aktar ħruġ l-aktar fi żmien il-vaganzi, iżda s-sidien ta’ ristoranti reġgħu qed iħabbtu wiċċhom ma’ problema, dik li ma jsibux biżejjed nies biex jaħdmu f’dan is-settur.