Ġurnata wara l-protesti li saru dwar in-nirien f’Grenfell Tower, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa ltaqgħet ma’ uħud mill-vittmi u r-residenti f’Downing Street.
In-numru ta’ vittmi issa żdied għal 58 persuna, hekk kif numru ta’ persuni għadhom irrapportati nieqsa u huma maħsuba mejta. Sa issa ġew rekoverati sittax-il iġsma. Il-Pulizija kkjarifikat li n-numru ta’ huma 30 il-persuni konfermati mejta iżda 28 għadhom ma nstabux u huma maħsuba mejta.
Theresa May stiednet lill-vittmi ta’ din it-traġedja wara li affaċċjat kritika ħarxa wara li telqet minn fuq il-post tat-traġedja mingħajr ma tkellmet ma ebda vittma li tilfu djarhom f’dawn in-nirien.