L-Avukat Anġlu Farrugia se jkun qed jingħata mandat ieħor biex fil-ħames snin li ġejjin jerġa’ jservi fil-kariga ta’ Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Dan ġie konfermat minn kelliem għall-Gvern.
Il-Parlament se jkun qed jerġa’ jiftaħ fl-24 ta’ Ġunju, bl-ewwel punt fuq l-aġenda tkun li jiġi appuntat Speaker. Għalhekk, f’din is-seduta Parlamentari huwa mistenni li l-Gvern iressaq mozzjoni bin-nomina tal-ħatra segwita minn diskussjoni u vot dwarha.
Il-kamra taħtar ukoll deputat Speaker, li huwa mistenni li għal darb’oħra kif seħħ fl-aħħar leġiżlaturi, jkun deputat tal-Oppożizzjoni.