Mijiet ta’ nies inġabru jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Sindku ta’ Bormla Pawlu Muscat. Fost dawn, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Prim Ministru Joseph Muscat. Huma ħafna l-qlub maqsuma li lkoll ingħaqdu bħala qalb waħda Bormliża.
Pawlu Muscat serva għal snin twal bħala Sindku f’din il-lokalita u fl-aħħar xhur kien qiegħed jissielet mal-marda tal-kanċer.