Ir-Reġina u l-Prinċep William żaru ċentru li qed jgħin lill-vittmi tan-nirien fi Grenfell Tower.
Iż-żjara tagħhom waslet wara li l-pulizija kkonfermaw li kienu tletin persuna sa issa kkonfermati mejta u li dawk maqtula qatt ma jistgħu jkunu identifikati.
Ir-reġina u d-duka ta’ Cambridge ltaqgħu mal-voluntiera, residenti lokali u anke rappreżentanti tal-komunitajiet.
Intant, is-servizzi ta’ emerġenza mistennija jqattgħu t-tielet jum konsekuttiv tagħhom ifittxu għall-iġsma fi Grenfell Tower f’North Kensington.
Uffiċjali mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qalu li mhux jistennew aktar persuni li salvaw minn dawn in-nirien filwaqt li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ordnat inkjesta pubblika.
Filwaqt li affaċjat kritika għaliex ma ltaqgħetx ma’ dawk li salvaw minn din it-traġedija waqt żjara li għamel fuq il-post il-Ħamis, hija sostniet li l-vittmi jixraqilhom tweġiba.