SKS se jippubblikaw it-tieni edizzjoni tal-ktieb AĦNA LKOLL MALTA, l-album ta’ tifkira tal-Kampanja Elettorali tal-2017. Din se tkun edizzjoni limitata biex tintlaqa’ d-domanda ta’ dawk li ma laħqux kopja ta’ dan il-ktieb waqt l-aħħar Mass Meeting fuq il-Fosos tal-Furjana. Din l-edizzjoni l-ġdida tinkludi 24 paġna żejda u fihom ikun hemm tagħrif u ritratti tat-teħid tal-ġurament mill-Ministri tal-Kabinett, il-Meeting tar-rebħa fil-Qala Għawdex u l-Mass Meeting tar-rebħa fuq il-Fosos tal-Furjana.
Peress li qed ikunu stampati għadd limitat tal-ktieb il-prezz se jkun €15 u jinkiseb mir-‘Reception Area’ taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun minn nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju mill-4pm ‘il quddiem u mill-ħwienet tal-kotba. Il-ktieb fih 360 kollha ritratti bil-kulur tal-kampanja tal-Partit Laburista mill-1 ta’ Mejju fuq Kastilja sal-Mass Meeting tar-rebħa fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju.
“SKS ipprovat iżżomm il-prezz €10 imma peress li qed ikunu stampati ftit kopji biss ma kienx possibbli. L-għażla quddiem SKS kienet li jew ikun ippubblikat bil-prezz ta’ €15 jew li ma nippubblikawx edizzjoni oħra,’ qalet id-Dar tal-Pubblikazzjoni.