Il-Ministeru tad-Difiża Russa qed jinvestiga jekk wieħed mill-attakki mill-ajru fis-Sirja wassalx għall-qtil tal-mexxej tal-grupp militanti tal-Istat Islamiku.
Il-Ministeru qal li l-attakk mill-ajru tat-28 ta’ Mejju seta’ qatel lil Abu Bakr al-Baghdadi.
Kien hemm diversi rapporti fil-passat dwar il-qtil ta’ Baghdadi iżda s’issa ma sar ebda kumment mill-Gvern tas-Sirja.