Raġel indarab gravi kmieni dalgħodu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li għal xi raġuni, raġel kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Ir-raġel huwa Olandiż u għandu 25 sena.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Vella LLD. li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.