Mit-tliet persuni fl-ogħla tliet karigi tal-Partit Nazzjonalista sa issa huwa l-Viċi-Kap Beppe Fenech Adami li mhu qed jeskludi xejn. Dak li fl-aħħar erba’ snin kien fost l-iktar voċiferi fil-Partit Nazzjonalista spikka għas-silenzju tiegħu mill-mument tat-telfa b’mod partikolari wara li Simon Busuttil ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta għall-Kap tal-Partit.
Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalu li dan huwa indikazzjoni ċara li Beppe Fenech Adami mhu jeskludi xejn anke għax meta Simon Busuttil qal li t-tim ta’ tmexxija mhux se jkun qed jerġa’ jikkontesta għamel referenza li ħadd ma kien se jikkontesta għall-istess kariga li qiegħed fiha.
Imma mkien ma eskluż li membri tal-grupp ta’ tmexxija jikkontestaw karigi oħra. Fil-fatt jirriżulta li Beppe Fenech Adami kien l-iktar wieħed voċiferu mit-trio tat-tmexxija qabel ittieħdet deċiżjoni li jwarrbu għal kollox. Filwaqt li Mario De Marco għamel ċar mill-ewwel il-ħsieb li posthom ma kienx għadhu hemm wara d-diżappunt tat-tlieta ta’ Ġunju, Simon Busuttil dam jaħsibha qabel ħabbar dan fil-ħamsa ta’ Ġunju.
Minn naħa l-oħra Beppe Fenech Adami kien l-iktar voċiferu li ma kienx hemm bżonn riżenja immedjata. L-imkejjen tagħha jsostnu li dan ifisser li Beppe Fenech Adami ma qatax qalbu għal kollox millu jkun kandidat għal Kap tal-Partit u jirriżulta li fl-aħħar jiem tkellem ma’ kunsillieri diversi biex jieħu kont tal-appoġġ li jista’ jgawdi fost l-għerqu tal-partit.
Beppe Fenech Adami kiteb fuq facebook fl-għaxra ta’ Ġunju li jemmen li t-triq il’ quddiem hi li jipperswadu u mhux jinġarru mill-kurrent. Dikjarazzjoni ċara li tindika li Fenech Adami għadu ma qatax qalbu għal kollox li d-dinastija Fenech Adami tibqa’ tirrenja fil-PN.