L-eks Kap tal-Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio, irriżenja minn membru tal-Alternattiva Demokratika. Briguglio li fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema tela’ wara li kkontesta fuq il-lista tal-ħodor offra r-riżenja tiegħu wara li fl-aħħar xhur immilita fil-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil. Saħansitra indirizza attivitajiet tal-massa fejn spikka għad-diskors distruttiv tiegħu fejn saħansitra qabbel lill-pajjiżna maż-Żimbabwe. Briguglio talab ukoll l-Alternattiva biex tingħaqad mal-Partit Nazzjonalista taħt il-lista l-blu u wara li l-Alternattiva m’aċċettatx qal li min jivvota lil partit li kien imexxi kien se jaħli l-vot.
Kien ukoll mistieden regolari fi programmi ta’ Net Television bi propaganda negattiva ma taqta’ xejn dwar il-gvern ta’ Joseph Muscat.
Iżda, imbagħad fl-elezzjoni tat-tlieta ta’ Ġunju l-istil u d-dikjarazzjonijiet ta’ Briguglio li Busuttil kien l-aqwa għażla għal pajjiżna kienu sfiduċjati.