Id-deputat Nazzjonalista, Robert Arrigo, ma riedx iċedi l-għaxar distrett elettorali kif imbagħad iddeċieda li għandu jagħmel l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Ix-xewqa tiegħu għamilha ċara fl-eżekuttiv tal-partit u għalkemm issa qed jgħid pubblikament li ma riedx iċedi l-għaxar distrett għax fuqu ġab iktar voti, l-imkejjen tagħna fl-istamperija sostnew li ma riedx jagħti ċans lil George Pullicino jidħol lura fil-Parlament. Għax tiegħu hu rival ewlieni fuq id-distrett.
Biex daħlu biċ-ċans lil Georg Pullicino u xi ftit lil Francis Zammit Dimech, il-membri tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista eliminaw għal kollox iċ-ċans li jkun elett Ivan Bartolo, l-imprenditur li kkontesta għall-ewwel darba.
Tant ħa għalih li kiteb fuq facebook li għalih il-politika daqshekk.
Minn naħa l-oħra din kienet deċiżjoni li tant dejqet lil Robert Arrigo li ħass li kellu jgħamel il-ħsibijiet tiegħu pubbliċi anke jekk id-dettalji ta’ laqgħa eżekuttiv tal-partit ma joħorġux dettalji minnha sakemm mhux għax ikun hemm xi leak kif kien hemm bosta riċentament.
“B’ħamsa u ħamsa vot kontra tnejn u għoxrin l-eżekuttiv iddeċieda mod ieħor. Iddeċieda li nċedi s-siġġu tal-għaxar distrett,” qal Arrigo mal-Maltatoday.
Kif kien żvelat minn ONE NEWS fl-aħħar jiem anke l-Viċi-Kap Beppe Fenech Adami kellu preferenza ċara dwar liema distrett ried iċedi.
Ried iċedi s-seba’ distrett minflok it-tmien distrett u anke jekk ħafna ma qablux miegħu, tiegħu għaddiet.
Fi kliem ieħor mar aħjar minn Robert Arrigo.