Ix-xogħol tal-Pulizija matul il-Kampanja Elettorali kif ukoll fl-Elezzjoni kien wieħed intensiv. Minn tqassim sa’ voti sa’ sigurtà tal-attivitajiet tal-massa taż-żewġ partiti. Liema xogħol wassal sabiex il-Kummissarju tal-Pulizija ta ġurnata żejda ‘off duty’ lill-uffiċjali kollha tal-Korp. Apparti l-Pulizija, elezzjoni ġġib iżjed xogħol ukoll ghall-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.