Kien sentejn ilhu fejn koppja li kienet fost grupp ta’ migranti lesti sabiex jaqsmu mil-Libja għall-Ewropa spiċċaw mifruda bil-konsegwenza li l-mara spiċċat Malta sabiex twelled filwaqt lir-raġel baqa’ sejjer l-Italja fejn kompla l-vjaġġ lejn Franza.
Ir-Raġel spiċċa qatt ma ra l-bintu dan għaliex qatt ma tħalla joħroġ minn Franza peress li kien qed jiġi meqjus bħala immigrant irregolari. Kien bis-saħħa tal-intervent tal-Kummissjoni Emigranti f’ Malta u l-Ambaxxata Franċiza f’ Malta li saru l-arranġamenti neċċessarji sabiex dan jiġi Malta sabiex jara l-binthu filwaqt li jqattaw il-kumplament ta’ ħajjithom flimkien.