Il-persuni b’impjieg full-time f’Malta żdiedu b’5.3% f’Diċembru 2016, filwaqt li dawk li huma impjegati fuq bażi part-time żdiedu ukoll b’5% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
L-istatistika tal-Jobsplus turi li l-impjiegi full-time fi żmien sena żdiedu b’4.2%, jiġifieri b’187,092 impjieg. Dan għaliex filwaqt li aktar nies ġew impjegati, l-qgħad kompla jonqos.
L-istatistika ppubblikata mill-NSO turi li fil-privat l-impjiegi full-time żdiedu b’8,506 persuna filwaqt li fis-settur pubbliku żdiedu b’707 persuna. Żdiedu ukoll dawk self-employed, b’582 persuna meta kkumparat ma’ Diċembru 2015 u dawk li jimpjegaw b’ 8,631 persuna. Dan ifisser li l-impjiegi full-time għan-nisa u l-irġiel żdiedu b’4.2% u 7.1% rispettivament.
Kienet irreġistrata ukoll żieda fin-numru ta’ persuni li jaħdmu fuq bażi part-time, fil-fatt f’Diċembru 2016 dawn żdiedu b’5.7% meta kkumparat mal-istess xahar fl-2015. Il-part-timers li għandhom ukoll impjieg full-time ammontaw għal 24,312, jiġifieri żieda ta’ 6.6% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Filwaqt dawk li jaħdmu part-time biss żdiedu b’5.0%, total ta’ 34,938.