Mara ġiet ordnata tħallas elfejn ewro lil Malta Yacht Charters , minħabba kumment li kitbet dwar jott ta’ din il-kumpanija fuq il-paġna “The Salott” fuq Facebook.
Fil-tlieta ta’ Awwissu tal-elfejn u tlettax, Victoria Meyer kitbet kumment fejn qalet li wieħed mis-sailing jott tal-kumpanija, bl-isem ta’ “Tia Buena” ħalla irqajja tad-drenaġġ f’Peter’s Pool. Tant, li Meyer qalet li ħabiba ġermaniza li kienet magħha spiċċat ma tiflaħx kawza tad-drenaġġ .
Izda minn tracking device tal-jott, jirrizulta li l-jott kien qed ibaħħar fl-ibħra tat-Tramuntana ta’ Malta u anki f’Għawdex.
Fil-Qorti ntqal li l-kumpanija talbet lil Victoria Meyer tħassar il-post minn fuq Facebook dakinhar stess. Il-mara kienet ipprovat tħassar il-post dakinhar stess, madankollu l-kumment baqa jidher fuq il-paġna.
Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat qal li jekk l-mara intbeħet li għamlet zball kellha tirrimedja sitwazzjoni billi tikteb messaġġ ieħor fuq l-stess paġna u tiskuża ruħha u tgħid li kienet żballjata.