Raġel akkużat li poġġa kontenut mhux xieraq fuq is-sit soċjali Facebook ġie kkundannat għall-mewt mill-Qorti fil-Pakistan.
Taimoor Raza nstab ħati wara li poġġa kummenti mhux xierqa dwar il-Profeta Muhammad, in-nisa u l-ħbieb tiegħu.
Il-prosekutur pubbliku qal li x’aktarx din hi l-ewwel darba li ngħatat din it-tip ta’ sentenza fuq każ li tittratta l-midja soċjali.
Kienu diversi persuni li jitkellmu favur id-drittijiet tal-bniedem li wrew it-tħassib tagħhom. S’issa l-ebda rappreżentant minn Facebook ma kkummenta dwar dan il-każ.