Il-poplu Franċiż qiegħed jivvota biex jeleġġi l-Parlament. Dan wara li ftit tal-jiem ilu ivvutaw biex jagħżlu min se jkun il-President ta’ pajjiżhom, elezzjoni li ntrebħet minn Emmanuel Macron.
Il-President attwali Franċiż qiegħed jittama li b’din l-elezzjoni parlamentari isaħħaħ is-saħħa tiegħu biex ikun jista’ jwettaq il-wegħdiet ekonomiċi u soċjali.
Jekk jirnexxielu jikseb maġġoranza sew fil-Parlament, dan ikun ifisser daqqa ta’ ħarta oħra għall-partiti politiċi tradizzjoni li fl-elezzjoni presidenzjali ta’ din is-sena ma kellhomx kandidat.
“Irridu maġġoranza b’saħħitha biex fis-snin li ġejjin inkunu kapaċi nwettqu r-riformi li Franza tant għandha bżonn” qal kelliem mill-partit ta’ Macron.