Il-Malta Community Chest Fund se tibbenefika minn €35,000 mill-karozza tal-Prim Ministru. Dan wara li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tal-Prim Ministru Joseph Muscat kienet li fit-tieni leġiżlatura tiegħu ma jibqax juża’ l-karozza tiegħu iżda minflok juża tal-Gvern.
Kien għalhekk, li l-Prim Ministru ta l-karozza li uża fl-aħħar erba’ snin lill-Partit Laburista biex fil-maratona ġbir ta’ fondi tiġi rkantata.
Fil-fatt l-akbar offerta li saret għaliha kienet ta’ €35,000.
Somma li se tkun qed tintuża biex aktar nies jingħataw l-għajnuna.