• IL-MISTOQSIJA HI: “SE JERĠGĦU JAĦDMU KONTRA MALTA?”
Nhar l-Erbgħa huwa l-ewwel test għall-MEPs tal-PN minn wara l-elezzjoni ġenerali biex juru jekk hux se jaħdmu favur il-pajjiż jew favur l-aġenda politika partiġjana tal-Partit Nazzjonalista kif għamlu tul l-aħħar erba’ snin.
Snin li matulhom il-Partit Nazzjonalista ma kienx għadu fil-gvern. Kien fl-aħħar xhur li l-istess Membri tal-Parlament Ewropew Nazzjonalisti, Therese Comodini Cachia, David Casa u Roberta Metsola, instigaw dibattitu dwar Malta u s-saltna tad-dritt f ’pajjiżna.
Daqslikieku wieħed qed jitkellem dwar xi pajjiż mhux demokratiku. Dan rabtuh ukoll mal-kontroversja tal-Panama Papers u x-xewqa tagħhom kienet li d-dibattitu dwar Malta jsir tul il-kampanja elettorali biex jagħmlu kemm jista’ jkun lill-Gvern u konsegwenza ta’ hekk lil pajjiżna.
Iżda, il-konferenza tal-Presidenti tal-gruppi fil-Parlament Ewropew ma kinetx waqgħet għal din in-nassa għalkollox u d-dibattitu kien skedat għal nhar l-Erbgħa li ġej. Jirriżulta li se jkun hemm stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat mill-Prim Ministru Joseph Muscat, imbagħad id-diskussjoni tinfetaħ għall-Membri tal-Parlament.
F’kull okkażjoni, fl-aħħar erba’ snin, il-Membri tal-Parlament Ewropew tal-PN rewħu kemm felħu kontra Malta u li ma kienx għarrispett enormi li l-Prim Ministru jgawdi fl-istituzzjonijiet Ewropej u r-riżultati sbieħ li kiseb pajjiżna, faċilment kienet issir ħsara bla preċedent.
Iżda, issa li l-poplu reġa’ kkonferma t-tmexxija talpajjiż Joseph Muscat indika għal iktar minn darba fl-aħħar jiem li dan se jkun test veru għall-MEPs tal-Partit Nazzjonalista.
It-test se jkun jekk hux se jerġgħu jmorru fil-plenarja tal-Parlament Ewropew jitkellmu kontra Malta jew filwaqt li jistgħu anke jikkritikaw lill-gvern, jirrikonoxxu li pajjiżna kiseb riżultati sbieħ.