L-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ddeċieda liema distretti se jkunu qed iċedu l-kandidati tal-Partit Laburista li ġew eletti fuq żewġ distretti.
B’kollox hemm seba’ kandidati li ġew eletti fuq żewġ distretti li jinkludu lill-Prim Ministru Joseph Muscat li ġie elett fuq it-tieni u l-ħames distrett, Helena Dalli li ġiet eletta fuq it-tieni u t-tielet distrett, Chris Fearne li ġie elett fuq it-tielet u r-raba’ distrett, Silvio Schembri li ġie elett fuq is-sitt u s-seba’ distrett, Edward Scicluna li ġie elett fuq is-seba’ u t-tmien distrett, Evarist Bartolo fuq l-għaxar u t-tnax-il distrett u Michael Falzon fuq id-disa’ u l-għaxar distrett.
- Il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie deċiż li jċedi l-ħames distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
Glenn Bedingfield, Luciano Busuttil, Roderick Cachia, Mario Calleja, Joseph Cutajar, Joe Farrugia, Edric Micallef, Sebastian Muscat, Rita Sammut, Carlo Stivala u Stefan Zrinzo Azzopardi - Helena Dalli ġie deċiż li ċċedi t-tieni distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
Glenn Bedingfield, Stefan Buontempo u Mark Causon - Chris Fearne ġie deċiż li jċedi r-raba distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
Stefan Buontempo, Joe Cilia, Andy Ellul, Etienne Grech, Domnic Grima u Rita Sammut - Silvio Schembri ġie deċiż li jċedi s-sitt distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
Rosianne Cutajar u Gavin Gulia - Edward Scicluna ġie deċiż li jċedi t-tmien distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
Rosianne Cuatajr, Rachel Tua u Edward Zammit Lewis - Evarist Bartolo ġie deċiż li jċedi t-tnax-il distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
Joseph Matthew Attard, Clayton Bartolo, Alfred Grima, Franco Mercieca, Deborah Schembri, Kenneth Spiteri u Fleur Vella - Michael Falzon ġie deċiż li jċedi d-disa’ distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
Conrad Borg Manche, Manuel Mallia, Sigmund Mifsud, Nikita Zammit Alamango u Edward Zammit Lewis.