“Kont nara lil missieri jqarweż in-nagħaġ u meta ċeda hu, komplejt warajh jien,” sostna dan Grezzju meta kien intervistat mill-paġna The People of Malta.
Paġna li tpoġġi ritratti ta’ mumenti li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum madwar il-gżejjer Maltin u din id-darba ltaqgħu ma’ Grezzju f’Ħaż-Żabbar.
Grezzju spjega kif “Illum ma tantx għadek issib min iqarweż in-nagħaġ bil-ġelem, imqass apposta. Nagħaġ ma tantx fadal u jekk fadal, biex iqarwżuhom, illum jintużaw magni żgħar apposta.”
“Din hija sengħa li qed tispiċċa,” temm jgħid Grezzju.
Ritratt: The People of Malta