Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum kien ippreżentat bil-ktieb “Aħna lkoll Malta”, ktieb li qed ifakkar l iktar mumenti importanti mill-kampanja elettorali.
Il-ktieb fih iktar minn 400 ritratt li fihom wieħed jista’ jara wħud mill-isbaħ mumenti mill-ewwel jum ta’ meta tħabbret l-elezzjoni, fl-1 ta’ Mejju sal-jum tar-rebħa.
One News tkellem mal-fotografu prinċipali tal-ktieb, Joseph Camenzuli fejn qal li mhu faċli xejn tiġbed kampanja elettorali imma li jara r-ritratti tiegħu f’dan il-ktieb huwa ta’ sodisfazzjon kbir.
L-editur tal-ktieb hi l-ġurnalista Jessica Sultana.