Tul il-lejl li għadda seħħ attakk permezz ta’ ħruq fuq il-klinika dentali ta’ Jeffrey Pullicino Orlando. Kien ftit biss qabel nofsillejl li seħħ l-inċident fi Triq Dun Mikiel Xerri f’Ħaż-Żebbuġ.
B’xorti tajba, tank tal-petrol li tqiegħed mal-bieb tal-klinika ma splodiex, iżda laħaq ħa n-nar il-bieb tal-klinika.
Pullicino Orlando spejga li żgħażagħ mill-maħżen ta’ każin tal-banda fil-qrib kienu żvelti ħafna u rnexxilhom jitfu n-nirien qabel kompla jinfirex.
“Il-ġirien tiegħi, li huma koppja anzjana, setgħu indarbu” stqarr magħna. Kieku l-inċident seħħ aktar tard, seta kien hemm konsegwenzi agħar. Hu stess sofra l-konsegwenzi li bela’ ħafna duħħan. Dan minbarra s-sens ta’ xokk li avveniment bħal dan bla dubju jħalli fuq min ikun il-vittma.