Il-kumpanija Expo Events ġiet ordnata tħallas €11,862 lill-eks impjegat tagħha wara li naqqset li tħallsu commissions għal xogħol li għamel waqt il-Fiera l-Kbira li ġiet organizzata f’Montekristo.
Il-każ seħħ fis-sajf tal-2014 meta l-impjegat Gunther Micallef Decesare tkeċċa għax il-kumpanija allegat li huwa ma laħaqx il-mira ta’ bejgħ ta’ spazju għall-fiera.
Izda fil-Qorti ħareġ li l-impjegat mhux talli laħaq l-mira, talli kellu jikber l-ispazju biex aktar eżebituri jipparteċipaw fil-fiera.
Kien għalekk il-Qorti ddeċidiet li l-kumpanija trid tħallas lil Micallef Decesare s-somma ta’ €11,862.