Fil-Partit Nazzjonalista qed ikompli jsiru iktar evidenti x-xquq u r-rabja għal deċiżjonijiet li ttieħdu biex dak li rrapportajna dwaru tul il-ġimgħat tal-kampanja elettorali llum qed ikompli jkun ikkonfermat.
Fost oħrajn anke dwar Marlene Farrugia hemm min qed jikteb pubblikament dwar kif ma żiedet ebda valur lill-Partit Nazzjonalista anke jekk kienet elevata daqs Kap fil-kampanja elettorali.
Wayne Hewitt, kandidat fuq l-għaxar distrett u kunsillier, kiteb ċar u tond li Marlene Farrugia telgħet għax ġiet aġevolata mill-midja tal-partit u m’għamlet ebda differenza għar-riżultat.
Hewitt kiteb dan wara li Farrugia meskluditx li toħroġ għal Kap tal-PN.