L-Unjoni Ewropea, taħt il-kappa tal-Presidenza Maltija qed iżżomm kelmtha li se tkun iktar solidari- din id-darba fl-iffirmar ta’ politika komuni għall-iżvilupp ta’ pajjiżi terzi fosthom fil-kontinent Afrikan u fl-Amerika Latina.
Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat kien fost dawk li iffirma f’isem il-Kunsill tal-Ministri, u fakkar kif din il-politika kienet u għadha prijorita tal-presidenza Maltija.
Dan ħdax-il sena wara li kien iffirmat l-aħħar dokument ta’ dan it-tip.
Fi kliem Joseph Muscat: “we are using the word consensus and believe me, achieving consensus is not the simplest of things. Nevertheless I believe that the fact that all institutions and member states have agreed on an ambitious agenda on development aid speaks volumes on the way Europe is positioning itself and its role in the world. Europe is a world leader and this is a demonstrations of what Europe can achieve.”
Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li din hija l-ewwel darba fl-Istorja li din il-politika għal żvilupp se tapplika għal kull istituzzjoni u stat membru Ewropew. Madanakollu iż-żewġ prijoritajiet se jibqgħu id-daqqa tal-mewt fuq il-faqar u żvilupp sostenibbli konkret. Fl-istess ħin il-kunsens politiku se jsaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, u d-demokrazija.
Fakkar ukoll fl-importanza tas-sigurta fid-dawl tal-iktar attakki terroristiċi riċenti fl-Ewropa. Qal li dawn jiġru kuljum f’pajjiżi bħall- Iran, fil-kontitnet Afrikan u f’oħrajn.
Fi kliemu: “if we want to be serious about development we need to be serious about stability and security. The same goes for climate change. If we want to be serious about development we need to be serious in the fight against climate change. Europe will stick to its commitment under the Paris Agreement. Africa will be priority of my mandate as President of EU Parliament.”
Tkellmet ukoll ir-rappreżentant għolu fl-Unjoni Ewropea għas-sigurtà u affarijiet barranin, Federica Mogherini, li wissiet dwar il-bżonn ta’ bidla anke fil-mod kif l-Ewropa timxi fi żminijiet tant kruċjali.
Mogherini qalet “we always refer to Europe as the North or the South. Currently the presidency of the Eu is in a place that is South of some African countries. This says that sometimes we perceive ourselves in roles that bind us to limited approach is and when we see where reality is like Malta offers us the opportunity to do we realise that what we need is to move to from traditional consensus to what we are doing today which is building through partnerships”.
Fuq kollox il-mexxeja li tkelmu fi Brussell deheru rashom mistrieħa li kien Joseph Muscat li iffirma f’isem il-Ministri Ewropej u f’isem Malta, wara ir-rebħa storika li kiseb fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.