Omran Daqneesh mhux ħafna jafuh b’ismu, imma r-ritratt u filmat tiegħu daru dawra mad-dinja. Sar simbolu ta’ kemm il-poplu ċivili sofra fil-belt Sirjana Aleppo is-sena li għaddiet. Huwa kien iffilmjat wara li skont attivisti seħħ attakk bl-ajru fuq zona maħtufa mir-ribelli, liema attakk ħataf il-ħajja ta’ ħu Omran.
Nhar il-Ħadd li għadda, ittieħed ritratt tiegħu f’dar ġdida li qed jgħix fiha, li issa tinsab taħt il-kontroll sħiħ tal-Gvern. F’intervisti ma’ ġurnalisti favur il-Gvern, missier Omran ilmenta li kien qed jintuża għal skopijiet ta’ propoganda.
https://www.youtube.com/watch?v=7rE0emXxJTo