Meta tkellem quddiem l-attivisti, Simon Busuttil tkellem dwar il-proċedura biex jinħadem Kap ġdid.
Busuttil qal li se jsejjaħ laqgħa tal-eżekuttiv li fiha tkun deċiża l-proċedura u anke d-dati. “Mhux se tkun xi ħaġa mil-lum għal għada,” qal Simon Busuttil li indika li jrid proċess twil.
Qal li f’din l-elezzjoni se jidħlu proċeduri ġodda fejn se jkollhom sehem il-membri biex jaħtru tmexxija ġdida.
Busuttil qal li se jinfetħu n-nomini fejn min ikun interessat li jsir Kap ikollu kull ċans japplika u l-elezzjoni ssir f’żewġ fażijiet. Mill-kandidati kollha l-kunsill ġenerali jagħżel tnejn minn nies li jemmen li huma l-iktar kompetenti. Dawn it-tnejn minn nies imbagħad imorru għat-tieni fażi fejn jgħażlu t-tesserati. Busuttil indika li l-kap il-ġdid għandu jkun maħtur għall-festi tal-indipendenza.