Qraba ta’ ħaddiem liċenzjat tax-xatt, li miet kawża ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol ingħataw kumpens ta’ €776,729.
Il-ħaddiem George Abela kien qed joffri s-servizzi tiegħu lill-Valletta Gateway Terminals Limited billi kien qed jagħmel xogħol fuq bastiment tal-kumpanija Ignazio Messina & C.S.P.A .
L-inċident seħħ fl-4 ta’ Frar tal-2008, meta George Abela safa milqut u mgħaffeġ minn container merfugħ minn fork lifter. Kawża ta’ dan l-inċident il-vittma miet ftit tal-jiem wara.
Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef qal li ż-żewġ kumpaniji ma pprovdux sistema ta’ protezzjoni tas-saħħa u sigurtà lill-vittma waqt li kien qiegħed jagħmel ix-xogħol. Bil-kumpaniji aġixxew b’nuqqas ta’ diliġenza , prudenza u ħsieb .
Għaldaqstant, l-Imħallef ordna li jingħata kumpens lill-qraba tal-vittma, wara li nstab li Valletta Gateway Terminals Limited u Ignazio Messina & C.S.P.A huma responsabbli għall-korriment u għall-mewt tal-vittma.