Ir-residenti ta’ villaġġ fin-Nofsinhar ta’ Franza jinsabu ferm inkwetati dan hekk kif madwar 200 qattus, kemm pets u kif ukoll qtates tat-triq, ġew ivvalentati f’inqas minn xahar.
Il-vittmi “tal-qattiel tal-qtates” inqatlu f’Saint Pierre la Mer, qrib f’Montpellier.
L-Assoċjazzjoni li tipproteġġi l-annimali ilha tirċievi diversi telefonati b’rapporti ta’ mwiet. Fost l-imwiet hemm ukoll diversi ġrieden u għasafar li wkoll sfaw vittmi tal-velenu li ntefa’.
L-Assoċjazzjoni rrapportat l-imwiet lill-pulizija bil-ħsieb li dan il-każ jiġi investigat, sabiex isiru l-awtopsji fuq il-qtates.
Persuni li jgħixu fil-villaġġ spjegaw kif kulħadd jinsab inkwetat, u b’biża’ li jkun hemm xi tfal li jistgħu b’xi mod jieklu dan il-velenu misterjuż.