Ġie kkonfermat li nqatlu ħames persuni f’kumpanija f’Orlando minn eks-impjegat tal-istess kumpanija.
Intqal kif l-aggressur kien impjegat ta’ din il-kumpanija li ġie mkeċċi lura f’April. Hu neħħa ħajtu b’idejh wara li qatel ħames persuni.
Aktar qabel: Il-Pulizija ta’ Florida kkonfermaw li hemm “numru ta’ nies mejta” wara sparatura f’Orlando.
Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu, ġimgħa qabel l-anniversarju ta’ meta seħħ l-attakk li seħħ fi Florida f’post tad-divertiment fejn ħalla 49 persuna mejta.
Ingħad kif l-isparatura intemmet iżda hemm numru ta’ mwiet li x’aktarx tilfu ħajjithom f’negozju.