Il-Pulizija Russa qed jinterrogaw raġel li qed ikun issuspettat li qatel disa’ persuni b’arma tan-nar tal-kaċċa qrib Moska.
L-iġsma ta’ ħamest irġiel u erba’ nisa nstabu f’villeġġjatura f’Rekino, qrib Tver. Ġisem ta’ mara minnhom instab fuq wara ta’ vettura.
Tfajla rnexxiela tgħix billi staħbiet taħt kutra. L-akkużat ġie identifikat bħala Sergei Yegorov ta’ 45 sena.
Qed jingħad li l-akkużat wettaq dan l-attakk għax qabżitlu meta beda jirrakkonta storja u ħadd ma beda jemmnu.
Fost il-vittmi hemm mara anzjana ta’ 92 sena li hi sidt il-villeġġjatura.