Tnax-il persuna ġiet arrestata b’rabta mal-attakk li seħħ f’Londra li ħalla seba’ persuni mejta u madwar 48 persuna midruba.
L-arresti saru f’Barking, f’Londra, wara numru ta’ rejds f’appartament li kien jgħix fih wieħed mit-tliet aggressuri.
L-attakk seħħ is-Sibt filgħaxija meta vann saq għal fuq folla nies fuq il-London Bridge. Ftit wara tlett irġiel ħarġu mill-vann u bdew jagħtu d-daqqiet ta’ sikkina.
L-aggressuri nqatlu b’tiri minn tmien uffiċjali li sparaw madwar 50 tur. Membru tal-pubblika ntlaqat minn tir bi żball.