Iż-żewġ Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista tkellmu fuq NET Television.
Beppe Fenech Adami qal li fil-PN, “tispiċċa persuna u tiġi oħra”. Qal li dan jibqa’ partit kbir, li jirrappreżenta xi ħaġa tajba. “We did our best” sostna, wara t-tieni telfa storika konsekuttiva. “Hemm futur sabiħ għall-Partit Nazzjonalista” żied jgħid, u qal li n-nies qed tistaqsi “kif jista’ jkun?”
Mario Demarco reġa’ nsista li jgħid li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż għandhom jaqdu dmirhom. Eku ta’ kemm il-PN attakka l-ogħla istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, f’waħda mill-aktar kampanji negattivi u distruttivi li qatt esperjenzajna. “Jekk jaħseb li l-partit se jitkxakar, le” qal Demarco wara tkaxkira liema bħalha.