Raġel sofra ġrieħi gravi wara inċident bil-karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Buskett, Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Qormi marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari jirriżulta li kien hemm kollużjoni bejn vettura tat-tip Peugeot 407, misjuqa minn raġel ta’ 48 sena, residenti l-Ħamrun u vettura tat-tip Citroen Berlingo, misjuqa minn raġel ta’ 50 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ.
Raġel ta’ 62 sena, residenti l-Ħamrun u li kien passiġġier fil-Peugeot, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.