Il-Prim Ministru għal ħames snin oħra, Joseph Muscat ingħata merħba sabiħa ħafna fiċ-ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Tispikka l-għajta “Joseph Joseph” u “Viva l-labour” hekk kif dawk preżenti esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal din ir-rebħa kbira oħra li għamel il-Partit Laburista. Dan ifisser li l-elettorat għamel għażla ċara qal il-Prim Ministru, “Malta tagħna lkoll tagħżel l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.” It-tbissima fuq fomm Prim Ministru li mat-tħabbira tar-rebħa stqarr li huwa komoss u lest biex jerġa’ jiggverna lil Malta.