Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni Ġenerali 2017. Rebħa Kbira hekk kif il-Partit Laburista rnexxielu jirbaħ b’vantaġġ ta’ 55.2% dan skont informazzjoni mhux uffiċjali.
Dawn huwa distakk kbir ħafna hekk kif il-Partit Nazzjonalista ġab 43.5% tal-voti.
Dan ifisser li wara rebħa kbira fl-2013, il-Partit Laburista rnexxielu jerġa’ jagħmel rebħa oħra biex fil-ħames snin li ġejjin se jkun qed imexxi dan il-pajjiż.
Intant, fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, il-proċess elettorali għadu għaddej gmielu biex isir magħrufa liema kandidati ġew eletti f’kull Distrett.