Fil-lokalità ta’ Pembroke kien imiss lid-Deputat Prim Ministru ta’ Malta Louis Grech biex jivvota.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat vvota fil-lokalità ta’ Burmarrad fil-waqt li l-Mexxej Deputat tal-Partit Laburista Chris Cardona vvota f’Birkirkara.
Fil-lokalità ta’ Ħal Lija vvotaw il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u kif ukoll l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna.
One News jinsab f’diversi lokalitajiet biex iwassal l-aħħar aġġornamenti.