Fi stqarrija t-tifla tal-eks Prim Ministru u eks-Mexxej tal-Partit Laburista Dominic Mintoff, Anne McKenna Mintoff ċaħdet allegazzjonijiet li għamlet il-blogger Daphne Caruana Galizia dwar kif attendiet għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fil-Furjana l-Ħamis li għadda.
Spjegat kif bejn il-ħinijiet tal-17:30 u u s-19:00 ta’ filgħaxija kienet flimkien ma’ żewġ volontiera oħra fil-Foodbank tal-Belt Valletta fejn ipprovdew ikel għal tmintax-il familja li huma fil-bżonn. McKenna Mintoff qalet li hi saqet fil-Furjana u pparkjat il-Bank Ċentrali sabiex tasal fuq il-post tax-xogħol u saqet ukoll meta lestiet.
Temmet billi sostniet kif dan juri f’liema livelli persuna tasal biex takkwista l-voti, fejn saħansitra tuża tattiċi mimlija gideb.