Nirien li ħakmu karozza tal-linja fiċ-Ċina qatlu ħamest itfal Koreani u sitt itfal Ċiniżi, dan wara li n-nar tqabbad mis-sewwieq tal-istess karozza.
Is-sewwieq ma kienx ferħan li kien qed jaħdem aktar ħin milli jaħdem is-soltu u x’aktarx kien għalekk li qabbad in-nar.
It-tfal li kienu fuq tal-linja huma bejn tliet snin u seba’ snin, fejn kienu fi triqthom flimkien mal-għalliem tagħhom lejn il-kindergarten.
L-għalliem u s-sewwieq tilfu ħajjithom ukoll