Mara ta’ 59 sena, residenti Ħal Għaxaq sofriet ġrieħi gravi wara li sfat milquta minn vettura fil-Gudja.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart fi Triq il-Palazz, il-Gudja meta vettura tat-tip Toyota Hi Ace, misjuqa min raġel ta’ 44 sena, residenti ż-Żurrieq laqtet lil din il-mara.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.