one.com.mt jista’ jiżvela d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, siegħa qabel illejla jitkellem fuq il-Fosos. Tul il-ġimgħat tal-kampanja elettorali u t-tmexxija ta’ Simon Busuttil konna qed nirċievu tagħrif minn persuni fil-qalba tal-istrateġija tal-Kap tal-Oppożizzjoni u d-diskors tal-lejla hu biss wieħed minn ħafna. Din id-darba għażilna li nippubblikawh b’mod sħiħ.
Il-leak jixhed il-kriżi li għandu Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista. Id-diskors sħiħ jidher hawn taħt.
Se nsaħħu dak li hu tajjeb u se nneħħu dak li ħażin
- Grazzi / f’mument meta pajjiżna qiegħed isejjħilna biex inkunu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja / Żgħażagħ.
- Huma ftit il-mumenti f’ħajjitna meta jiġri xi ħaġa storika, li tibqa’ tissemma f’pajjiżna, u dan huwa wieħed minnhom.
L-aħħar darba li konna fuq il-Fosos
- L-aħħar darba li konna hawn fil-Fosos – minn qatt kien jimmaġina li 9 xhur wara … F’Settembru li ghadda konna haw il Fosos, kont tkellimt dwar il-familja tieghi u il-vjagg li ghamilna flimkien: Kristina / Greg / Zak / Pip.
- Ghexna din il-kampanja intensa flimkien, imma mhux wahdena … kellna s support u l energija taghkom ilkoll …
- … ta din il-Forza Nazzjonali
- Bdejn xi ħaġa sabiħa / This is what we started … u issa wasal il-mument li nlestu dak li bdejna.
Forza Nazzjonali
Qegħdin hawn mhux biss bħala PN imma bħala Forza Nazzjonali: Din Forza ta’ prinċipji:
- Il-prinċipju tal-LIBERTA’
- Il-prinċipju li kulħadd jitwieled bi drittijiet ugwali;
- Il-prinċipju li int ma tibżgħax tgħid li jrid
- Il-prinċipju li kulħadd għandu jieħu l-opportunitajiet li ħaqqu
- Il-prinċipju tal-ġustizzja u s-saħħa tal-istituzzjonijiet indipendenti;
- U fuq kollox, il-prinċipju ta’ demokrazija.
Biża’
Matul dil-kampanja rajna li Joseph Muscat ibeżżgħana, mhux bil-fatti imma bil-gideb. Tibżgħux! Emmnu! Dan pajjiż maħnuq; maħnuq għax minn jitkellem ma jieħux xogħol, jitkeċċa, ma jieħu l-oppprtunitajiet li ħaqqu. Dan il-pajjiż maħnuq bil-Korruzjoni. Ejja nneħħu l-ktajjen tal-biza’!
Malta Tagħna Lkoll
Jekk 4 snin ilu emmintu f’Malta Tagħna Lkoll. Imma llum ngħidilkom …. ivvutaw lill-Forza Nazzjonali sabiex tassew MALTA tkun TAGĦNA LKOLL.
Kif se mexxu jekk nirbhu?
- Pajjiżna l-ewwel, fit-tajjeb u fil-ħażin: se nsaħħu dak li hu tajjeb u se nbiddlu dak li hu ħażin.
- Fl-ekonomija, inwegħdkom li Il-Forza Nazzjonali se tkabbar il Forza Ekonomika ta pajjiżna.
- Il-Forza Nazzjonali mimlija ekonomisti tajbin
- Il-Forza Nazzjonali mimlija ħassieba tajbin
- L-Ekonomija mal-Forza Nazzjonali se tkun b’saħħita, u se tkompli tikber, għax se tkun ġ Mhix se tkun Ekonomija li minnha jgawdu l-ftit, imma ekonomija li minnha jgawdi kulħadd.
- L-Ekonomija se tkun priorita u se tkompli tikber; se tkun ekonomija ġusta; innovativa; trasparenti; ekonomija li tħalli lil kulħadd jaħdem; ekonomija li toħloq xogħol ta’ kwalita’; ekonomija maħsuba għat-tfal tagħna, mhux għal-but tagħ
Għandi viżjoni għal pajjiżna
- Jiena għandi viżjoni ta’ soċjeta ġusta, fejn l-ekonomija igawdi minnha kulħadd, fejn min stinka biex jasal, jirnexxi u fejn min għandi bżonn l-għajnuna isibha; fejn min hu marad isib l-għajnuna bla ma jittallab, fejn mgħandux saqaf fuq rasu, ngħinuh isib saqaf fuq rasu; fejn il-pensjonanti nagħtuhom ħajja diċ
- Għandi viżjoni ta’ soċjeta’ ta’ ugwaljanza fejn id-drittijiet ċivili ta’ kulħadd ikunu rispettati.
- Għandi viżjoni ta’ kwalita ta ħajja aħjar fejn ingawdu ambjent aħjar; fejn il-passatempi tiegħek ikollok ħin tgwadihom; fejn ikollna, l-aqwa toroq, pjazzez, ġonna u spazji u fejn ma nibqgħux imwaħħlin fit-traffiku.
- Għandi viżjoni li pajjiżna jkun immexxi bl-eżempju: billi noħolqu strutturi biex innaddfu s-sistema politika f’pajjiżna darba għal dejjem; billi neliminaw il-korruzzjoni, billi nwettqu ġustizzja ma min sofra inġustizzji, billi nkunu trasparenti u billi nkunu onesti.
- Għandi viżjoni li minn nhar it-Tnejn nerġgħu nibnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, nagħlqu l-Presidenza Maltija tal-UE billi nibgħatu messaġġ ċar lid-dinja, u aħna erġajn kburin li aħna Maltin.
APPELLI
- INDEĊIŻI: Hemm min hu indeċiż għax ħa xi ħaġa mill-Gvern sa llum stess … Ivvutaw skont ma tgħidilkom il-kuxjenza tagħkom … Ftakar li fil-kamra tal-vot se tkun waħ Ftakar li l-kuxjena tagħna mhix għall-bejgħ. Our soul is not for sale.
- APPELL MINN ŻGĦAŻGUGĦ ta’ 25 sena, Karl, li ltqajt miegħu il-bieraħ; dan beda start-up to prova jsib investiment mill-Istati Uniti; f’temp ta’ kwarta qalulu le għax Malta black-listed; Karl għandu ġenn biex imur jivvota nhar is-Sibt imma talabni nagħmlilkom appell u jien wegħdtu li se nagħ Qalli, għidilhom “morru ivvutaw, morru ivvutaw għaż-żgħażagħ, morru ivvutaw għall-futur tagħna, morru ivvutaw għalina”.
- U INDUR FUQKOM BIEX TGĦINUNI … nixtieq is-skiet. Għalqu għajnejkom u aħsbu għal ftit sekondi … aħsbu f’persuna li tafu, li sa issa għadha ma ddeċiditx, jew li iddeċidiet li mhux se tivvota, jew li għadha imweġġa minn żmien il-Gvern tal-PN … aħsbu għax żgur hemm persuna li tafu.
- PAUSE
- Forsi xi ħadd tal-familja, forsi xi ħabib, forsi xi ħadd fuq il-post tax-xogħol, forsi xi ħadd joqgħod ħdejkom …
- Issa mill-lum sas-Sibt morru sibu lil din il-persuna u fehmuha li pajjiżna qiegħed isejjħilna u li għandna bżonn lil kulħ
- Wegħduni li se tagħ Jekk tħossu li għandkom bżonn l-għajnuna ikkunttatjawna u ngħinukom aħna.
- Jekk jirnexxilkom tipperswadu il-persuna li ħsibtu fija, tkunu tajtu l-akbar rigal lil pajjiżna f’dan il-mument storiku.
- Minn-naħa tiegħi jiena inwegħdkom li se nżomm il-kelma tiegħi fuq kull ħaġa li għidtilkom – għax il-kelma tiegħi hija r-rabta tiegħ
Konkluzjoni Patrijottika
- L-istorja tagħna nafuha lil dawk ta qabilna, dawk li kienu fuq in-naħa tas-sewwa qabilna; dawk li kienu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja qabilna; dawk li qamu għal Malta meta Malta kellha bżonnhom.
- Illum jeħtieġ li bis-sehem tagħna niżguraw li dawk se jiġu warajna ikunu jafuh lilna bħal ma aħna nafuħ lil ta qabilna.
- F’dan il-mument huma xierqa l-kliem immortali ta’ Dun Karm li talab lil Alla: “Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħ” U fit-tlieta ta Ġunju qed nitolbu lil Alla biex jagħti d-dehen lil min lest iservi li pajjiżna.
- Dun Karm kompla jgħidilna: “Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ‘l-ħaddiem”. Is-saħħa tal-ħaddiem tiġi meta min imexxi ikun tassew lest li jħares lill-ħaddiema u mhux lili nnifsu.
- … u Dun Karm temm jgħid:“Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.”
- MELA EJJEW NINGĦAQDU f’dan il-mument meta pajjiżna qiegħed isejjħilna, ejjew inkunu nazzjon wieħed, familja waħda, għax f’dawn il-mumenti hemm bżonn l-għaqda biex ikollna s-sliem.
- Ejjew ningħaqdu u nkunu akbar minn kull individwu li ħakem il-poter.
- Ejjew ningħaqdu u nkunu forza kbira, forza ta’ poplu, forza tar-raġuni, Forza Nazzjonali.
- Ejjew ningħaqdu u nagħmlu dak li hu sewwa għax is-sewwa jirbaħ żgur.
- Ejjew ningħaqdu fl-għażla tagħna għal pajjiżna.
- L-għażla bejn il-passat li ġarrabna fl-aħħar erba’ snin u l-futur li qed jgħajjtilna, il-futur li qed jinfetħilna, il-futur li se ngħixu flimkien meta nhar is-Sibt immorru u bil-vot tagħna ngħidu: Jien nagħżel